Julia Callus

“Il-kumpanija Whiz Limited qed toffri programm t’avventura u edukazzjoni għal studenti tal-iskejjel sekondarji.

It-tim, li juża metodu ħolistiku għat-tagħlim, ilu jaħdem flimkien għal dawn l-aħħar tliet snin, u se jkun qed joffri 20 attivita’ differenti waqt is-sena skolastika.

Se jkun hemm attivitajiet għall-ġenituri u qraba biex jgħinu liż-żgħażagħ ikomplu jħossuhom parti mill-komunità.

Dawn l-attivitajiet se jgħinu lill-istudenti b’mod soċjali u se jibdew isiru nhar ta’ Sibt waranofsinhar u fil-vaganzi tal-iskola.

Studenti se jkunu qed jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni ladarba jitilqu mill-iskola.

Il-programm se jibda fl-24 t’Ottubru u l-applikazzjoni tista’ ssibha onlajn.”

Charmaine Attard

“Qed jiġi offrut programm ta’ avventura u edukazzjoni għal studenti tal-iskejjel sekondarji.

Il-programm Whiz Team Adventure jinkludi 15-il attività differenti bejn Novembru u Ġunju li ġejjin. F’din it-tieni sena konsekuttiva, se jiġu offruti attivitajiet għall-ġenituri u qraba biex jgħinu liż-żgħażagħ ikomplu jħossuhom parti mill-komunità.

Dawn l-attivitajiet se jgħinu lill-istudenti b’mod soċjali u se jibdew isiru nhar ta’ Sibt waranofsinhar u fil-vaganzi tal-iskola.

L-istudenti se jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni mill-MQRIC ladarba jitilqu mill-iskola.

Il-ġenituri jistgħu japplikaw għal tax rebate minn fuq il-prezz tas-sħubija ta’ uliedhom.

Il-programm se jibda fl-ewwel weekend ta’ Novembru.”

iNews Malta

“Nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju, numru mdaqqas ta’ studenti Maltin ħadu sehem f’attivita’ edukattiva fl-apert u b’differenza fil-belt kapitali Valletta. Din kienet organizzata minn Whiz Adventure, li matulha l-edukaturi għamlu użu mir-riżors edukattiv Fillandiz Seppo.

Matul din l-attivita’, l-istudenti kellhom iżuru diversi lokalitajiet fil-belt Valletta u jwieġbu mistoqsijiet relatati mal-istorja tal-belt Valletta. Huma ħadu sehem ukoll f’eżercizzji maħluqa permezz ta’ Seppo Finland, għodda edukattiva offruta f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, inkluż Malta.

F’Malta din l-għodda edukattiva hija offruta mill-iskola Mater Boni Consilii St Joseph ta’ Raħal Ġdid. Fi tmiem din l-attivita’, li saret ukoll bl-appoġġ tal-kunsill lokali tal-belt kapitali, is-Sur Matthew Naudi, f’isem Whiz Adventure, ikkummenta li Seppo hija għodda teknoloġika mill-aktar innovattiva li twassal għal tip ta’ edukazzjoni ħolistika, fl-apert, u b’mod mill-aktar stimolanti.

“Permezz ta’ Seppo, wieħed jista joħloq attivitajiet edukattivi varjati u kreattivi li jistgħu jsiru jew b’telefon ċellulari jew permezz ta’ laptop u fuq kollox fl-apert. Fil-futur żgur li nerġa nagħmel użu minnha. Nirringrazzja lil Riku Alkio minn Seppo Finland u Dr Kenneth Vella, kap tal-iskola Mater Boni Consilii tal-opportunita’ li tawni biex nagħmel użu ta’ Seppo ” qal Naudi.

Is-sena skolastika li ġejja, Seppo se tkun użata mill-għalliema u studenti tal-iskola Mater Boni Consilli St Joseph ta’ Raħal Ġdid filwaqt li skejjel oħra mistennija wkoll jibdew jagħmlu użu minnha.”

My cart
Your cart is empty.

Looks like you haven't made a choice yet.